Il-bilingwiżmu f'Malta

Li l-bniedem jakkwista b'tagħlim lingwa waħda hija karatteristika universali umana; li jitgħallem żewġ lingwi jew aktar hija kapaċità speċjali. Bilingwiżmu u multilingwiżmu huma termini relattivi għaliex it-taħdit ivarja skond il-profiċjenza milħuqa fil-lingwi involuti. X'nifhmu meta ngħid...

Full description

Bibliographic Details
Main Author: Briffa, Charles
Format: Book
Language:Maltese
Published: Valletta Publishing 1994
Subjects:
Online Access:https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95240
Description
Summary:Li l-bniedem jakkwista b'tagħlim lingwa waħda hija karatteristika universali umana; li jitgħallem żewġ lingwi jew aktar hija kapaċità speċjali. Bilingwiżmu u multilingwiżmu huma termini relattivi għaliex it-taħdit ivarja skond il-profiċjenza milħuqa fil-lingwi involuti. X'nifhmu meta ngħidu bniedem bilingwali? Il-lingwisti jiddefenixxu l-bilingwiżmu minn diversi aspetti: minn aspett ta' oriġini - Ċerti pajjiżi tradizzjonalment jew storikament jinqdew b'żewġ lingwi u allura l-abitanti ta' dak il-pajjiż jitqiesu bilingwali. Pereżempju, il-ġipsis tal-Finlandja jitkellmu bis-Sami (l-ilsien etniku taghhom) imma jridu bilfors jitgħallmu l-Finlandiż (il-lingwa ta' l-edukazzjoni u tas-soċjetà tagħhom). Minoritajiet lingwistiċi u kulturali oħra jinsabu wkoll (fost oħrajn) fin-Norveġja u fl-Iżvezja, u nsibu element qawwi ta' bilingwiżmu fil-Provinċja ta' Quebec, il-Kanada, fejn kemm l-Ingliż u kemm il-Franċiż qegħdin jintużaw, u f'partijiet ta' Wales, fejn jinqdew bil-Welsh u bl-Ingliż. Hemm spjegazzjonijiet storiċi fil-każ taċ-Ċekoslovakkja fejn insibu ċ-ċekk u s-Slovakk, fil-każ ta' l-Iżvizzera fejn insibu l-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan, u r-Rumanz, fl-ex-Jugoslavja fejn insibu s-Serbjan, il-Kroazjan, u s-Slovenjan, u fis-Sud Afrika fejn hemm l-Afrikaan u l-Ingliż. [silta] N/A