Summary: | F'Malta, id-dehra tal-gawwi hija marbuta l-aktar max-xhur tax-xitwa, għaliex huwa f'dan l-istaġun li ħafna nies jaraw il-gawwi fil-portijiet tagħna. L-ispeċi ta' gawwi li jidhru hawn Malta huma: il-gawwija rasha kannella (black-headed gull); il-gawwija prima (herring gull); il-gawwija daharha iswed (lesser black-backed gull); il-gawwija rasha sewda (Mediterranean gull); il-gawwija żgħira (little gull); u l- gawwija geddumha rqiq (slender-billed gull). Minbarra dawn hemm xi speċi oħra, bħall-gawwija geddumha aħmar (Audouin's gull), li huma rari f 'pajjiżna. N/A
|